Futbol Sport

Floriana jospitaw avversarju mir-Rumanija fil-UEFA Champions League

Floriana se jaffaċjaw lil CFR CLUJ tar-Rumanija fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Din il-partita se tintlagħab fit-18 jew d-19 ta’ dan ix-xahar fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali wara bibien magħluqa u se ssir fuq leg wieħed, jiġifieri f’każ ta’ draw ikun hemm il-logħba tmur għall-ħin barrani u f’każ li tibqa’ fi draw il-partita tiġi deċiża permezz ta’ penalty shoot-out.

Ir-rebbieħ minn dan il-konfront jikkwalifika għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League filwaqt li t-tellief jilgħab fit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League. Bla dubju din se tkun partita diffiċli għall-Floriana, ir-Rumeni fl-aħħar snin rnexxielhom jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League fejn tispikka l-esperjenza tagħhom fl-istaġun 2012/13 fejn wara li temmew fit-tielet post fil-grupp tagħhom huma sfaw eliminate minn Inter mir-rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

L-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni: Ferencvaros vs Djurgardens, Celtic v Reykjavik, L. Warsaw  v Linfield/ Drita, S. Tiraspol v F. Esch, C. Q. Nomads  v  Sarajevo, C. Zvezda v Europa FC, Podgorica v Ludugorets, A. Armenia v AC Omonia, Floriana v CFR Cluj, M. Tel Aviv v Riga FC, Qarabag v FK Sileks, D. Tbilisi v KF Tirana, D. Brest  v Astana, Molde v K. Kuopio, F. Tallinn v FK Suduva, NK Celje v Dundalk, KI Klasvik v S. Bratislava