Lokali

Il-Gvern falla test ieħor

Il-Gvern Malta waqa’ 60 post fil-lista aggornata li timmarka l-Indici tal-Pajjizi fil-glieda kontra l-hasil tal-flus. Din hi l-istampa li tohrog mill-Indici AML ta’ Basel ghal din is-sena, meta wiehed janalizza l-lista globali.

Meta imbghad thares lejn il-pajjizi Ewropej, l-Indici jpoggi lill-Gvern Malti fit-32 post. Dan meta fl-2019, Malta kienet fid-9 post.

Analizi li saret mill-gazzetta il-mument turi li fost il-pajjizi tal-Ewropa, il-Gvern ta’ Abela nizel 23 post. Dan ifisser li Kastilja falliet test iehor importanti, b’riperkussjonijiet kbar ghall-qasam finanzjarju.

Fl-ahhar 4 snin, Gvern Laburista kellu jhabbat wiccu ma’ diversi skandli marbuta ma’ hasil ta’ flus…kif ukoll banek li spiccaw bil-licenzja taghhom irtirata. Dan apparti li Malta spiccat imcappsa fil-Panama Papers minhabba esponenti gholjin f’Kastilja.

Din il-lista maghrufa bhala Basel Anti Money-Laundering Index jkejjel x’tip ta’ hidma qed issir mill-gvernijiet tad-dinja biex tigi miggielda l-pjaga tal-hasil tal-flus.

Il-Basel Index hu kunsidrat bhala l-aktar indici serju u affidabbli, u hu konsultat mill-aktar istituzzjonijiet awtorevoli…fosthom Transperancy International.

L-Indici jipprezenta klassifika generali tal-pajjizi kollha, din is-sena 141 b’kollox. U allura jipprezenta stampa cara tal-hidma…jew nuqqasijiet…minn naha tal-gvernijiet fil-glieda kontra l-hasil tal-flus.