Lokali

Is-27 immigrant għadhom bejn sema u ilma

Permezz ta’ Tweet fuq Twitter, l-għaqda mhux governattiva Alarm Phone stqarret li s-27 immigrant li ġew salvati mit-tanker Maersk, ġew irrifjutati li jidħlu f’Malta u għalhekk għadhom bejn sema u ilma.

Dan il-grupp ta’ immigranti telaq mill-Libja fit-3 ta’ Awwissu f’baħar qawwi u dan huwa ir-raba jum minn meta ġew salvati l-immigranti nhar l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu.

L-istess immigranti kienu ġew salvati wara aktar minn 34 siegħa jfittxu għall-għajnuna

Fl-istess stqarrija, Alarm Phone stqarret li Malta qed tibqa’ lura milli ssalva u tagħti post li jixraq lil dawn l-immigranti