Lokali

Jinżamm arrestat wara li darab ħafif lis-sieħba

Raġel ta’ 39 sena residenti s-Swieqi inżamm arrestat wara li darab ħafif lis-sieħba tiegħu f’argument fir-residenza tar-raġel.

Fil-Qorti, l-Avukat Difensur talab għall-ħelsien mill-arrest wara li stqarr li kienet il-mara li aggrediet lir-raġel.

Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għat-talba tal-ħelsien mill-arrest minħabba li l-koppja joqgħodu f’residenzi differenti. Il-Maġistrat Nadine Lia ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara, filwaqt li żammet lill-akkużat taħt arrest preventiv.