Lokali

Jippruvaw jaħarbu minn Malta b’passaport falz

Sudaniż ta’ 30 sena ntbagħat sitt xhur ħabs, filwaqt li Eritreana ta’ 21 sena weħlet senteza sospiża minħabba li trid tieħu ħsieb tarbija ta xahar.

Il-koppja, Mohammed Omar Abrahim u Ksanet Desale, inqabdu wara li ppruvaw jaħarbu minn pajjiżna b’Passaport falz.

Fil-Qorti, il-koppja daħlet bit-tarbija magħha u t-tnejn li huma wieġbu li huma ħatja. Ir-raġel stqarr li sar jaf li l-Passaporti kienu foloz eżatt xħin kienu se jsiefru, filwaqt li l-mara qalet li ma kinitx taf minħabba li d-dokumenti kienu kollha miżmuma mir-raġel.

Il-Maġistrat Nadine Lia kkundannat lir-raġel sitt xhur ħabs u lill-mara sitt xhur sospiżi għal sena.

L-Avukat Joseph Bonnici deher għall-koppja filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Hubert Gerada mentri.