Sport Sport Ieħor

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal b’sejħa għall-klabbs ġodda

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal qegħda ssejjaħ għal dawk il-klabbs kollha li huma interessati biex jipparteċipaw fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Futsal fl-istaġun li ġej.

Il-futsal hija logħba simili għall-futbol bid-differenza li tintlagħab fi grawnds 5 a-side. Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Futsal bħas-sena li għaddiet se jkunu maqsuma fi tnejn, dawk Elite u dawk Amateur. Il-Kampjonat Elite huwa l-għola kampjonat fuq livell lokali fejn fih jipparteċipaw l-aħjar timijiet fil-pajjiż, b’ċans tajjeb biex il-plejers juru t-talenti tagħhom f’dan l-isport.

Il-logħba tal-futsal titlob abbiltà teknika u li plejer ikun fiżikament tajjeb minħabba l-intensità tal-istess logħba. Il-Kampjonat Amateur huwa l-kampjonat minn fejn jiżviluppaw numru ta’ plejers ġodda u jkun hemm numru ta’ plejers veteran wkoll li jingħaqdu flimkien bħala tim biex jieħdu pjaċir.

Dawk il-klabbs jew timijiet li għandhom interess li fl-istaġun li ġej jipparteċipaw f’wieħed minn dawn il-kampjopnati għandu jsib l-informazzjoni fuq is-sit ta’ Futsal Malta bl-applikazzjonijiet jagħlqu fit-28 ta’ Awwissu fil-5.00pm.