Futbol Sport

Liverpool viċin l-ewwel akkwist tagħhom f’dan is-suq tat-trasferimenti

(Ritratt: EPA)

Iċ-Champions tal-Ingilterra fis-sigħat li ġejjin mistennija jħabbru l-ewwel akkwist tagħhom f’dan is-suq tat-trasferimenti. Huma mistennija jakkwistaw lid-difensur laterali ta’ Olympiacos Kostas Tsimikas wara li l-ewwel tentattiv tagħhom biex jakkwistaw lil Jamal Lewis ta’ Norwich falla.

Tsimikas se jservi bħala sostitut għal Andy Robertson. Id-difensur Grieg ta’ 24 sena lagħab l-aħħar partita tiegħu għal Olympiacos fit-telfa li ġarrbu kontra Wolves fir-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Europa League.