Mara tinstab mejta f’guesthouse fl-Imsida

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru ta’ mara Maltija, li sehhet illum fl-Imsida.

Il-mara nstabet bla hajja f’guesthouse, fi Triq il-Wied, u hdejha jidher li nstabu wkoll affarijiet relatati mat-tehid tad-droga.

Minn informazzjoni li kiseb NET News jirrizulta li l-vittma kellha 45 sena u kienet maghrufa mal-Pulizija minhabba xi kazi li kellha fil-passat.

Appena kienu nfurmati bil-kaz, fil-post marru Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit, filwaqt li l-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Ispettur Jonathan Ransley.

Hekk kif aktar dettalji ghadhom qed jaslulna, fis-sighat li gejjin mistennija ssir l-awtopsja fuq il-katavru tal-mara biex ikun stabbilit jekk kienx hemmx persuni ohrajn involuti.