Sport Sport Ieħor

Navaj Brodda u Eagle B Butcher jispikkaw fil-Premier

Is-seba' tiġrija (Ritratt: Malta Trot Racing)

Kenneth Vella

Navaj Brodda u Eagle B Butcher rebħu ż-żewg tiġrijiet ewlenin li saru lbieraħ filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlu parti mill-24 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija tal-aqwa klassi. Buzz Sly (Michael Ellul) li mar quddiem f’nofs id-distanza, ċeda kollox madwar 400m mit-tmiem. Eventwalment dan inqabeż minn Navaj Brodda (Charles Camilleri) li ħadet t-tieni rebħa nfila u t-tielet staġjonali minn Avrik De Guez (Carmelo Farrugia), Vendecor (Mario Fenech) u Up And Go (Noel Baldacchino).

Fit-tieni waħda, Clifferty Calleja talab lill-Olandiz Eagle B Butcher biex iżid fil-ġiri fuq in-naħa ta’ barra meta ż-żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. B’hekk Eagle B Butcher irnexxilu jmur quddiem u jieħu t-tieni rebħa tas-sena mid-debuttant Franciz As De Godisson (Mario Fenech) u Vent Du Der (Charles Degiorgio). Atout De Montbrun (Rodney Gatt) kellu wkoll wirja tajba bi pjazzament fir-raba’ post.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Firstly Light (N. Baldacchino) Ħin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Easy Oaks (C. Camilleri) 3. Fany Moon Jo (T. Demanuele) 4. Prince Teemer (M. Ellul)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Alfa Dream (R. Gatt) Ħin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Lady Red Summer (J. Mercieca) 3. Epee De Janeiro (J. Said) 4. Easy Sam (C. Camilleri)

III Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Very Welcome (A. Bartolo) Ħin – 2.43.8” (1.16.6”) 2. M.T. Jewel (M. Debono) 3. Bienheureux (C. Vassallo) 4. Udjayin (C. Camilleri)

IV Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1.  Aimant (N. Baldacchino) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Demon De Babel (C. Calleja) 3. Vaillant Marceaux (R. Gatt) 4. Baryton (M. Ellul)

V Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Prinsen One (M. Farrugia) Ħin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Staro Junique (P. Galea) 3. Damu Cherry (J. Mercieca) 4. Ellipsis AM (K. Gialanze’)

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1.  Navaj Brodda (C. Camilleri) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Avrik De Guez (C. Farrugia) 3. Vendecor (M. Fenech) 4. Up And Go (N. Baldacchino)

VII Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Drole De Destin (J. Said) Ħin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Aramis Gede (N. Baldacchino) – Tyra L.H. (P. Galea) 4. Maryland (J. Gafa’)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Eagle B Butcher (C. Calleja) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. As De Godisson (M. Fenech) 3. Vent Du Der (C. Degiorgio) 4. Atout De Montbrun (R. Gatt)

IX Tiġrija. Klasi Gold. Dist – 2140m. 1. Vangiskan Scott (C. Camilleri) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Hilda Nalan (C. Vassallo) 3. Bello Du Tillet (M. Ellul) 4. Drogba Bob (R. Gatt)

X Tiġrija. Klassi Bronze B. Dist – 2140m. 1. Eliak Picken (Sh. Portelli) Ħin – 2.46.7” (1.17.9”) 2. Dicsou Montaval (J. Briffa) 3. Limoncelli (M. Fenech) 4. Ceylan Du Corbon (M. Ellul)