Futbol Sport

“Onorat u kuntent” – Andrea Pirlo, kowċ ta’ Juventus

Fl-ewwel messaġġ tiegħu fuq il-midja soċjali wara li ġie mħabbar bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Juventus, Andrea Pirlo qal li jħossu onorat u kuntent li d-diriġenti ta’ Juventus urew tant fiduċja fl-abbiltajiet tiegħu bħala kowċ.

Pirlo nħatar kowċ ta’ Juventus ilbieraħ filgħaxija wara li aktar kmieni fl-istess ġunrnata huma keċċew lil Maurizio Sarri wara l-eliminazzjoni mill-fażi tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League. Aktar kmieni dan ix-xahar Pirlo nħatar bħala kowċ tal-iskwadra ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus u minkejja li m’għandu l-ebda esperjeza bħala kowċ hu temm jgħid li jinsab lest u preparat għal din l-opportunità.