Sport Sport Ieħor

Ronnie O’Sullivan javvanza għall-kwartifinali tal-World Championship

Ronnie O’Sullivan għeleb l-isfida ta’ Ding Junhui f’partita kumbattuta biex b’hekk kwalifika għall-kwartifinali tal-World Championship li qed isiru f’Crucible Theatre f’Sheffield.

Il-ħames darbiet champions tad-dinja għeleb lil Junhui 13-10 f’partita fejn fiha iż-żewġ individwi wrew il-kapaċitajiet tagħhom. L-ewwel żewġ sessjonijiet ntemmew f’parita biex fl-aħħar sessjoni O’Sullivan fetaħ vantaġġ ta’ żewġ frames biex rebaħ il-frame deċiżiv. Robertson u Wilson ukoll jagħmluha mal-aħħar tmienja meta għelbu lil Barry Hawkins 13-9 u Matin Gould 11-8 rispettivament.