Sport Sport Ieħor

Serena Williams se tilgħab fl-Open tal-Istati Uniti u fl-Open ta’ Franza

(Ritratt: EPA)

It-tennista Amerikana Serena Williams qed tippjana li tilgħab fl-Open tal-Istati Uniti u l-Open ta’ Franza. Numru ta’ tennisti fosthom, Ashleigh Barty u Elina Svitolina ħabbru li mhux se jkunu qed jieħdu sehem fl-Open tal-Istati Uniti minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Williams li għandha 38 sena qalet li jekk isiru dawn it-turnaments hi lesta li tipparteċipa. Ir-rebbieħa ta’ 23 Grand Slam, mistennija tieħu sehem fl-Open ta’ Lexington bi tħejjija għall-Open tal-Istati Uniti. Williams temmet tgħid li hi se tkun qed tieħu l-prekawzzjonijiet kollha meħtieġa biex tipparteċipa f’dawn it-turnaments għaliex fl-aħħar mill-aħħar hemm saħħitha fin-nofs.