Ewropa Internazzjonali

Tiftaħ il-votazzjoni fl-elezzjoni tal-Belarus

Ħafna jqisu lil Lukashenko bħala l-aħħar dittatur fl-Ewropa

L-elezzjoni tal-lum se tkun test diffiċli għall-President Lukashenko hekk kif in-nies tal-Belarus huma msejjħa biex jivvutaw u jeleġġu tmexxija ġdida.

Il-votazzjoni fetħet kmieni dalgħodu.

Lukashenko ilu diġa ħames leġislatura sħaħ imexxi l-pajjiż. L-isfida ewlenija tiegħu ġejja mingħand Svetlana Tikhanovskaya, li qed tmexxi l-partit ta’ żewġha – li spiċċa arrestat.

Ħafna qed jgħidu li Lukashenko xorta se jirbaħ dawn l-elezzjonijiet. Hu ilu jmexxi l-Belarus sa mill-1994.