Tmien żgħażagħ minn Ruma, bejn is-17 u d-19-il sena, ittestjaw pożittiv għall-Coronavirus mar-ritorn tagħhom fl-Italja minn vaganza ta’ ġimgħa f’Malta nhar il-Ġimgħa li għadda.
Din il-vaganza kellha tkun waħda mingħajr ir-riskju li jaqbdu l-virus iżda wara li dawn għamlu swab test mill-awtortiajiet tas-Saħħa ta’ Ruma, irriżultaw fil-pożittiv għall-COVID-19 u issa għaddej il-contact tracing.
Din l-aħbar tħabbret mit-taqsima t’emerġenza tal-COVID-19 tar-Reġjun ta’ Lazio, liema taqsima appellat lill-pubbliku sabiex iħarsu bl-aħjar mod possibli il-miżuri preventivi ta’ Coronavirus ħalli ħadd ma jillaxka.
//= $special ?>