Formula 1 Sport

Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tas-70 anniversarju tal-ewwel Formula 1

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull, Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix tas-70 anniversarju li għat-tieni ġimgħa konsekuttiva sar fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra. Verstappen għeleb l-isfida taż-żewġ sewwieqa ta’ Mercedes, Valtteri Bottas u Lewis Hamilton fejn minkejja li bdew fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet huma ma rnexxielhomx itemmu fl-ewwel post.

Lewis Hamilton temm fit-tieni post wara li rebaħ il-Grand Prix tal-ġimgħa li għaddiet filwaqt li Valtteri Bottas temm fit-tielet post. Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc irnexxielu jtemm fir-raba’ post wara li beda mit-tmien pożizzjoni. Sebastian Vettel reġa’ għal ġimgħa oħra ddiżappunta meta temm fit-12 –il post. Alex Albon ta’ Red Bull temm fil-ħames post filwaqt li Lance Stroll temm fis-sitt post.

Nico Hulkenberg fuq Racing Point fin-nuqqas ta’ Sergio Perez temm fis-seba’ post wara li beda mit-tielet post filwaqt li Esteban Ocon daħal fit-tmien post. Lando Norris daħal fid-disa’ pożizzjoni filwaqt li Daniil Kvyat rnexxielu jtemm mal-ewwel għaxar sewwieqa.

Formula 1

Kif Spiccaw: 1 M. Verstappen 1:19.41, 2 L. Hamilton +11.326, 3 V. Bottas +19.231, 4 C. Leclerc +29.289, 5 A. Albon +39.146, 6 L. Stroll +42.538, 7 N. Hulkenberg +55.951, 8 E. Ocon +1:04.773, 9 L. Norris +1:05.544, 10 D. Kvyat +1:09.669, 11 P. Gasly +1:10.642, 12 S. Vettel +1:13.370, 13 C. Sainz +1:13.370, 14 D. Ricciardo +dawra, 15 K. Raikkonen +dawra, 16 R. Grosjean +dawra, 17 A. Giovinazzi + dawra, 18 G. Russell +dawra, 19 N. Latifi +dawra, Ma spiċċax: K. Magnussen