Futbol Sport

Willian iħalli lil Chelsea wara seba’ snin

(Ritratt: EPA)

Il-winger Brażiljan Willian ħabbar li se jħalli lil Chelsea u b’hekk tikber il-possibilità li l-winger ta’ 32 sena jissieħeb mar-rivali ta’ Londra Arsenal.
F’ittra indirizzata lill-partitarji ta’ Chelsea, Willian kiteb dwar l-esperjenza tiegħu ma’ Chelsea fejn iddiskriva l-esperjenza bħala waħda mill-isbaħ.
Willian kiteb li ma’ Chelsea huwa kompla jiżviluppa l-abbiltajiet tiegħu filwaqt li rringrazzja lill-partitarji tal-Blues għall-merħba li tawh u s-sapport li offrewlu tul dawn is-sebgħa snin.


Hu rrikonoxxa kif matul is-snin kien hemm ukoll kritika għall-prestazzjonijiet tiegħu li ddiskrivihom bħala normali. Ma’ Chelsea, Willian lagħab 234 partita fejn skorja 37 gowl. Arsenal jinsabu fuq quddiem biex jakkwistaw lil Willian wara li aktar kmieni din il-ġimgħa offrewlu kuntratt ta’ tliet snin minkejja l-interess minn Barcelona u Inter Miami.