Coronavirus Futbol Sport

Żewġ persuni fl-iskwadra ta’ Atletico Madrid pożittivi għall-coronavirus

Żewġ membri tat-tim ta’ Atletico Madrid irriżultaw pożittiv għall-coronavirus. Atletico Madrid mistennija jsiefru lejn il-Portugall biex jilagħbu l-kwartifinali tagħhom kontra RB Leipzig nhar il-Ħamis li ġej. Dawn huma l-ewwel żewġ każijiet minn meta rritornaw il-kompetizzjonijiet Ewropej u għad trid tittieħed deċiżjoni dwar il-partita ta’ nhar il-Ħamis.

Fi stqarrija l-klabb Spanjol qal li l-individwi jinsabu iżolati u din l-aħbar ġiet mal-ewwel komunikata mal-awtoritajiet kollha nvoluti. Il-klabb se jkun qiegħed jaħdem fil-qrib mal-UEFA u dawk kollha involut biex tinstab soluzzjoni dwar il-loġistika filwaqt li talbu għall-privatezza tal-individwi.

Fl-aħħar partita tagħhom mill-UEFA Champions League, Atletico Madrid eliminaw lil Liverpool mir-rawnd tal-aħħar 16, b’ħafna jsostnu li din il-partita setgħet tat bidu biex il-virus bed jinxtered fir-Renju Unit.