“Ir-restawr jirrikonoxxi x-xogħol artistiku tal-passat, u jikkonserva dan l-istess xogħol biex ikun jista’ jitgawda issa u fi żminijiet futuri”
It-Tnejn fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta ngħataw għall-ewwel darba 25 warrant lill-25 konservatur u restawratur. Dawn il-warrants għandhom mhux biss ifissru rikonoxximent lejn il-professjoni, iżda jfissru wkoll responsabbiltà lejn il-wirt tagħna.
Meta indirizza lil dawk preżenti l-Ministru tal-Wirt Kulturali spjega li dan is-settur għandu jixpruna interventi li jgħinu il-patrimonju storiku u kulturali ta’ pajjiżna.
Ix-xogħol tar-restawraturi u l-konservaturi mhux biss hu bbażat fuq interventi denji iżda wkoll ħidma ta’ restawr u konservazzjoni taħt sorveljanza professjonali.
Il-Professur Joann Cassar li hija Membru tal-bord li jagħti l-warrants lir-restawraturi spjegat li l-ħidma tar-restawratur u l-knservatur għandha tkun waħda li permezz tagħha jaqdu tliet obbligi; li jirrispettaw u jifhmu l-istorja tal-oġġett li qed jaħdmu fuqu, li jagħmlu l-ħidma b’integrità bħala professjonisti u li jkollhom rispett lejn il-klijent u li jużaw l-aqwa għodda possibbli biex jirrestawraw l-partimonju tagħna.
Ritratti meħuda minn Matthew Tabone
//= $special ?>