Lokali Qorti

Aġġornata: Iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi ta’ serq

Żewġ irġiel ġew arrestati u tresqu l-Qorti b’akkużi relatati ma’ serq.

F’seduti separati, it-tnejn li huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Huma dehru quddiem il-Maġistrat Axiaq ċaħad il-ħelsien mill-arrest u bagħathom b’arrest fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Iktar kmieni:

L-ewwel persuna hu ta’ 30 sena, residenti Ħal Tarxien ġie arrestat fiż-Żejtun b’rabta ma’ serq. Jidher li r-raġel kien aggressur f’serqa fuq żewġ persuni waqt li kienu qiegħdin fi Triq Id-Dugħ, Marsaskala s-Sibt li għadda. Allegatament, l-aggressur uża taser biex ibeżża’ lill-vittmi. Hu ġie arrestat f’inqas minn 24 siegħa wara li seħħ il-każ.

F’każ separat, Libjan ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar, ġie ddentifikat li wettaq żewġ serqiet minn residenzi privati fiż-Żebbuġ, Għawdex u f’San Pawl il-Baħar.

Is-Sibt li għadda, il-Pulizija ta’ Kontra r-Reati Vjolenti bl-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, daħlu f’appartament il-Balluta fejn hemm kien qed jistaħba r-raġel. Kif ir-raġel innota lill-Pulizija, ipprova jattakkahom b’arma li taqta’ u bil-ponta iżda twaqqaf mill-ewwel u ġie arrestat. Fortunatament, ħadd ma weġġa.