Internazzjonali

Baltimore: mill-inqas persuna mejta u oħra maqbuda wara splużjoni

Fl-aħħar ħin persuna ġiet iddikjarata mejta u mill-inqas persuna oħra tinsab maqbuda wara li splużjoni f’Baltimore wasslet biex għadd ta’ djarhom waqgħu. Dan filwaqt li hemm uħud ta’ persuni oħra li sofrew xi ġrieħi.

Għadd ta’ membri tal-protezzjoni ċivili jinsabu fuq il-post biex joħorġu lil persuni li jinsabu taħt it-tifrik.

Mhux magħruf x’wassal biex waqgħu dawn id-djar.