Futbol Sport

Blaise Matuidi jħalli lil Juventus

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Franċiż, Blaise Matuidi ħalla lil Juventus wara li laħaq ftehim mat-tim Amerikan immexxi minn David Beckham Inter Miami. Matuidi mistenni jagħmel l-eżamijiet mediċi fil-ħin li ġej. Matuidi kien issieħeb lil Juventus fl-2017 mingħand PSG, fejn lagħab 98 partita għall-Bianconeri u rnexxielu jiskorja sitt gowls.

Jidher li Matuidi mhux se jkun l-uniku plejer li se jħalli lil Juventus fil-ġranet li ġejjin hekk kif wara l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League u l-ħatra ta’ Andrea Pirlo bħala l-kowċ il-ġdid se ġġib magħha bidla fiċ-champions Taljani.