Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 23 każ ġdid

Ifiqu 4 persuni

Il-każi attivi jkomplu jiżdiedu… fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna kienu rappurtati 23 każ ġdid ta’ COVID-19.

Fit-23 ġimgħa mill-bidu ta’ dan il-pandemija diġà kienu reġistati iktar minn mitt każ pożittiv, preċiżament 117-il persuna. Dan hekk kif ir-rata ta’ trażmissjoni jidher li issa telgħet għal iktar minn 2.5 u l-każi attivi telgħu għal 415.

U t-tħassib tan-nies ikompli jiżdied hekk kif numru sostanzjali minn dawn  il-każi huma sporadiċi… jiġifieri ma jafux minn fejn ħadu dan il-virus.

Mit-23 każ rapportati llum 20 minnhom qed isir il-contact tracing biex jiġi stabbilit minn fejn setgħu ħadu l-coronavirus. Każ minnhom kien impurtat, filwaqt li żewġ każijiet huma relatati mal-cluster ta’ paceville.

It-total ta’ persuni li fiequ jitla’ għal 688 persuna hekk kif tħabbar li fiequ biss 4 persuni oħra. It-total ta’ każi pożittivi għall-COVID-19 ilaħħaq l-1112-il każ.