Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Infermiera li taħdem Karin Grech tinstab pożittiva

Minn informazzjoni li waslitilna, jidher li persuna li taħdem fl-Isptar Karin Grech, instabet pożittiva fl-aħħar sigħat. L-istaff li jaħdem fl-istess xift ma’ din il-persuna tpoġġa taħt kwarantina

Intant, illum tispiċċa l-kwarantina għal numru ta’ infermiera li jaħdmu fil-ward M3 fl-Isptar Mater Dei. Dan hekk kif dawn tpoġġew fi kwarantina wara li nstab każ pożittiv madwar ġimgħatejn ilu.