Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: “Mhux eskluż li jittieħdu iktar azzjonijiet f’każ li l-każijiet pożittivi ma jonqsux”

"Qed naraw peak qawwi ħafna" - Il-Professur Charmaine Gauci

Il-Supritendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li bħalissa ninsabu f’peak qawwi ta’ dan il-virus.

Il-Professur Gauci qalet li huwa important li nibqgħu nikkontrollaw is-sitwazzjoni. Qalet li l-miżuri li daħlu fis-seħħ mill-ġimgħa li għaddiet, irid jgħaddu l-ġranet biex naraw l-effett tagħhom.

F’każ li ma jkunx hemm tnaqqis fin-numru ta’ każijiet ġodda, Charmaine Gauci qalet li mhux eskluż li jittieħdu iktar azzjonjiet.

Hija qalet li ħarġet emenda għal-legal notice li daħlet fis-seħħ il-ġimgħa li għaddiet hekk kif il-visors għandhom jintużaw ukoll bħall-maskri. Għalhekk kull min ma jkunx liebes maskra jew visor f’postijiet speċifiċi jeħel multa ta’ 50 ewro.

Qalet li tfal taħt it-tliet snin m’għandhomx jilbsu maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li minn spezzjonijiet li qed isiru, 5 persuni weħlu multa ta’ 3,000 ewro.