Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Rapporti jindikaw li ħaddiem tal-ħabs instab pożittiv

Mhux eskluż li hemm iktar persuni pożittivi

Impjegat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ittestha pożittiv għal COVID-19. L-impjegat, li huwa gwardjan tal-ħabs, huwa maħsub li ħa dan il-virus waqt li kien qed jeskorta lil ħabsi l-isptar.

Meta rritorna lura, 24 siegħa wara, ġie mgħarraf bil-possibbiltà li seta’ kien f’kamra ma’ xi ħadd li kien pożittiv għal COVID-19, u għalhekk min jheddu ċempel lill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex isirlu test. Huwa informa lill-awtoritajiet tal-ħabs bis-sitwazzjoni u baqa’ d-dar sakemm ħareġ ir-riżultat tat-test, fejn eventwalment ħareġ li kien pożittiv.

Madwar 30 persuna oħra li kellhom kuntatt ma’ din il-persuna kienu ttestjati iżda kollha rriżultaw fin-negattiv.