Futbol Sport

“Fl-istaġun li ġej Sancho se jilgħab ma’ Dortmund”- Micheal Zorc, Direttur Sportiv ta’ Borussia Dortmund

(Ritratt: EPA)

F’kummenti mal-midja internazzjonali, id-Direttur Sportiv ta’ Borussia Dortmund Micheal Zorc ikkonferma li staġun ieħor Jadon Snacho se jkun qiegħed jilgħab ma’ Borussia Dortmund.

Fl-aħħar jiem kien hemm numru ta’ diskussjonijiet bejn Borussia Dortmund u Manchester United dwar it-trasferiment tal-plejer Ingliż fejn fl-aħħar staġuni impressjona fil-Bundesliga, fejn saħansitra kien msejjeaħ mal-iskwadra ewlenija tat-tim nazzjonali Ingliż. Ma’ Dortmund, Sancho lagħab 78 partita fejn irnexxielu jiskorja 30 gowl.

Bħalissa Sancho jinsab f’kamp ta’ taħriġ ma’ Borussia Dortmund minkejja l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu.