Lokali

Il-UHM tordna lil numru ta’ ħaddiema tas-saħħa biex jaħdmu biss xogħol ta’ emerġenza

Il-UHM Voice of the Workers ordnat numru ta’ direttivi biex il-ħaddiema tas-saħħa jaħdmu biss ix-xogħol ta’ emerġenza.

Il-UĦM fl-aħħar ħin infatti ordnat li l-awdjoloġisti, lill-occupational therapists, dental hygienists, dental technologists, lix-xjentisti biomediċinali, lill-fiżjoterapisti, lill-ispeech language pathologists, lil radjografi, and podjatristi biex jimxu ma’ din id-direttiva.

Il-Union qalet li l-collective agreement skada f’Diċembru 2017, u f’Jannar ġiet tilwima industrijali iżda ġiet sospiża f’Marzu li għadda minħabba l-Covid-19.

Il-UĦM qalet li l-Gvern qed jirrifjuta li jħallas lil numru ta’ ħaddiema. Il-Union qalet ukoll li dawn id-direttivi mhux se jkunu qed jaffetwaw il-ħaddiema tas-saħħa li qed jaħdmu mal-pazjenti li għandhom il-virus.