Futbol Sport

It-timijiet Maltin illum ikunu jafu t-tamiet tagħhom fl-Europa League

Illum mistennija jkunu magħruf l-avversarji tat-timijiet Maltin fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League. Pajjiżna se jkun rappreżentat minn Valletta, Hibernians u Sirens.
It-tlugħ tal-poloz se jsir f’Nyon l-Iżvizzera u se jkun hem 94 tim li se jipparteċipa fit-tmien rawnds ta’ kwalifikazzjoni u se jkunu maqsmumin b’mod indaqs skond il-coefficient tal-klabbs.

Sakemm twaqqaf il-kampjonat lokali bil-pandemija tal-coronavirus, Valletta kienu fit-tieni post bi 38 punt, Hibernians temmew fit-tielet post b’37 punt filwaqt li Sirens li għalihom se tkun l-ewwel esperjenza f’kompetizzjoni Ewropeja temmew fir-raba’ post b’35 punt.
Ilbieraħ ittelgħu l-poloz tar-rawnd preliminari bil-logħbiet kollha se jintlgħabu fl-20 ta’ Awwissu fuq rawnd wieħed u wara bibien magħluqa bir-rebbieħa jikkwalifikaw għall-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni.