Sport Sport Ieħor

James Galea Jr. jirbaħ is-sitt stadju tal-MSSF Trap

James Galea Jr. kien ir-rebbieħ overall tas-sitt stadju tat-turnament MSSF Trap li kien organizzat fi tmiem il-ġimgħa fix-Shooting Range tal-Bidnija.

Flimkien ma’ Glaea fuq il-podju temmew Paul Formosa u Gianluca Chetchuti li ġew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. B’kollox f’dan l-istadju pparteċipaw tletin tiratur bir-riżultati tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni ikunu: Paul Formosa 45/50, Gianluca Chetcuti 45/50, Micheal Grech 44/50, James Glaea Jr. 44/50, Stephen Vella 44/50, Nazzareno Attard 42/50 filwaqt li Nicholas Carabott, Nico Sciberras u Christopher Vella kienu eliminati. Il-Programm MSSF Trap ikompli fi tmiem il-ġimgħa li ġej bil-Grand Prix ta’ Santa Marija fis-Southern Shooting Club.

Ir-riżultati finali

1 James Galea Jr.  46/50, 2 Paul Formosa     45/50, 3 Gianluca Chetcuti        29/40, 4 Stephen Vella    26/35, 5 Micheal Grech   21/30, 6 Nazzareno Attard         14/25