Lokali Qorti

Jammetti li seraq flus u sigaretti imma mhux akkużi oħra

Raġel ta’ 31 sena minn Ħal Tarxien ma mgħatax il-libertà proviżorja wara li ammetta li seraq €60 fi flus kontnati u pakkett sigaretti għad-dannu ta’ żewġ żewġ tfajliet f’Ħal Tarxien stess. Huwa ammetta wkoll li fl-istess jum, f’Wied il-Għajn, seraq it-telefon ċellulari ta’ tfajla oħra, flimkien ma’ xi oġġetti oħra.

Madankollu m’ammettiex li l-valur tas-serqa huwa ta’ madwar €2,329. Keith Felice ammetta li wettaq is-serqiet nhar is-Sibt, 8 ta’ Awwissu, iżda m’ammettiex ukoll li huwa żamm waħda mit-tfajliet kontra l-volontà tagħha.

Felice lanqas m’ammetta li kellu fuqu ‘stun gun’. Għalkemm huwa talab il-ħelsien mill-arrest din ġiet miċħuda minħabba l-biża’ li jistgħu jiġu kontaminati l-provi u minħabba l-vizzju tad-droga, jista’ jikkommetti reat ieħor.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Joanna Piscopo filwaqt li l-Avukat Joseph Brincat deher għal Keith Felice.