Lokali

Maggie għandha bżonn l-għajnuna tiegħek!

Għandha bżonn min jaddottaha hekk kif tilfet sieq minħabba nets tas-sajd.

Maggie, fekruna li ġiet salvata lura f’Ġunju tal-2019, għandha bżonn lil min jaddottaha biex tingħata l-aħjar kura possibli minħabba li b’nets tas-sajd spiċċat tilfet waħda minn sieqha. Jekk wieħed jgħatiha l-għajnuna, Maggie tkun tista’ tmur lura fil-baħar.

Nature Trust Malta qalu li Maggie ghaddejja minn programm ta’ terapija fiżika hekk kif bħalissa għadha qed tgħum fi ċrieki u ssibha diffiċli ħafna biex tgħodos. Għal Maggie dan il-programm mhux daqshekk faċli iżda hi pjuttost kuraġġuża u determinata.

Barra sieq prostetika, hi għandha bżonn tank kbir fiċ-ċentru ta’ rijabilitazzjoni f’Xrobb l-Għaġin.