Lokali

Maħtura l-esperti li ser jagħmlu l-eżerċizzju ta’ diliġenza

Il-Kummissjoni Kandidati tal-PN nidiet l-eżerċizzju sabiex issir evalwazzjoni tal-kandidati sew mil-lat ta’ idonjità kif ukoll mil-lat ta’ diliġenza pruvata.

Dwar l-eżerċizzju ta’ diliġenza l-Kummissjoni inkarigat panel ta’ esperti esterni, kompeteneti u indipendenti f’oqsma rispettivi u reletati magħmula minn Antonio Ghirlando, chairperson tal-panel, Clyde La Rosa u Mario P. Galea bħala membri.

Il-Kummissjoni hi marbuta b’perjodu massimu ta’ sitt ġimgħat biex tlesti x-xogħol kollu tagħha u tgħaddi r-rapporti lill-Kunsill Amministrattiv u lill-Kumissjoni Elettorali.