Futbol Sport

Manchester United u Inter pass eqreb lejn il-finali

Manchester United u Inter resqu pass eqreb lejn il-finali, finali fejn jekk iż-żewġ jirbħu l-konfront li jmiss jiltaqgħu kontra xulxin.

Manchester United tħabtu biex għelbu lil Copenhagen 1-0 wara l-ħin barrami. Minkejja li United iddominaw il-pusses, id-Daniżi kienu perikolużi bil-kontra-attakkk u resqu numru ta’ drabi lejn il-lasti ta’ Romero. It-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer ħaseb li mar fil-vantaġġ ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta l-cross ta’ Wan Bissaka sab lil Rashford li waqqa’ lejn Greenwood li kkonkluda fix-xibka. Wara konsultazzjoni mal-VAR  ir-referee ħassar il-gowl għall-offside wara li Greenwood fl-azzjoni tal-gowl kien f’pożizzjoni rregolari. Fit-tieni taqsima, Manchester United laqtu l-last b’xutt tajjeb ta’ Bruno Fernandes filwaqt li Copenhagen ħolqu żewġ azzjonijiet perikolużi li faċilment setgħu fetħu l-iskor.

Johnsson fit-83 minuta, ċaħħad lil Anthony Martial milli jiftaħ l-iskor meta b’mod tajjeb salva ix-xutt tal-attakkant Franċiż. Wara li l-iskor baqa’ ma nfetaħx il-partita marret għall-ħin barrani fejn fit-93 minuta Manchester United ingħataw penalty wara li Bjelland waqqa’ lil Martial fil-kaxxa. Minn 11-il metru BRUNO FERNANDES ma żbaljax biex ta l-kwalifikazzjoni lit-tim tiegħu.

Fil-Merkur Spiel-Arena Inter għelbu lil Bayer Leverkusen 2-1. Inter fetħu tajjeb u wara kwarti marru fil-vantaġġ b’gowl tajjeb ta’ NICOLO BARELLA li wara li x-xutt ta’ Romelu Lukaku kien blukkat, il-ballun spiċċa f’saqajn Barella li b’konklużjoni fil-baxx tefa’ lil Inter 1-0 fil-vantaġġ. Inter ma damux ma rduppjaw u wara biss sitt minuti ROMELU LUKAKU għamilhom 2-0 b’konklużjoni minn mal-art wara li rċieva min għand Ashley Young biex b’hekk il-Belġjan irnexxielu jiskorja f’9 partiti konsekuttivi fl-Europa League.

Leverkusen daħlu fil-partita fil-25 minuta b’gowl tas-solitu KAI HAVERTZ wara azzjoni tajba bejnu bejn Kevin Volland. Żewġ minuti wara Inter ingħataw penalty wara li Sinkgraven deher imiss il-ballun b’idu bir-referee wara konsultazzjoni mal-VAR iħassar id-deċiżjoni tiegħu. Inter żammew ir-riżultat sat-tmiem minkejja l-isforzi ta’ Leverkusen biex kisbu post f’semifinali Ewropeja wara nuqqas ta’ 10 snin.

Għada jintlagħbu ż-żewġ kwartifinali l-oħra fejn Wolves jilagħbu kontra Sevilla filwaqt li Shaktar Donetsk jisfidaw lil Basel. Wolves se jkunu qed ifitxxu li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni għaliex ir-rebħ ta’ din il-kompetizzjoni hija l-unika tama’ għalihom li jiksbu post f’kompetizzjoni Ewropeja l-istaġun li ġej. Sevilla huma esperti ta’ din il-kompetizzjoni fejn fil-passat rebħuha kemm –il darba u żgur li l-esperjenza tagħhom se tgħinhom kontra t-tim ta’ Nuno Espirito Santo.

Shaktar Dontesk iddominaw f’din il-kompetizzjoni l-istess kif għamlu l-avversarji tagħhom Basel fejn ma tilfux darba fl-aħħar tmien partit u kwalifikazzjoni għalihom tkun tfisser li rnexxilhom jaslu semifinali f’kompetizzjoni Ewropeja għat-tieni darba fl-istorja tagħhom.

UEFA Europa League

Kwartifinali: Illum: Inter v Bayer Leverkusen 2-1, Manchester United v Copenhagen 1-0 (aet), Għada: Wolves v Sevilla 9.00pm, Shaktar Donetsk v Basel 9.00pm