Coronavirus Lokali Saħħa

“M’għandniex biżżejjed ilbies protettiv”

“Il-fatt li m’għandniex biżżejjed ilbies protettiv hija sitwazzjoni inkwetanti.”

Kiem il-podjatra Martina Agius illi lil hinn mill-professjoni tagħħa, taħdem fi swabbing centre fejn isiru t-tests għall-COVID-19. Hi ilha tagħmel dan mill-bidu nett tal-pandemija….flimkien ma’ tim kbir ta’ nies li huma tassew dedikati, iżda kultant qed iħabbtu wiċċhom ma sitwazzonijiet difficli.

Apparti li Martina wriet it-tħassib tagħha għall-fatt li għandhom nuqqas ta’ lbies protettiv, tistqarr ukoll li jinsabu ‘under staffed’.

Sa ftit ilu…. kienu jkunu tnejn li jagħmlu l-iswab test. Issa qed tkun biss persuna waħda li toħroġ biex tagħmel it-test.

Hija tgħidilna kif sa madwar xahar ilu, l-ammont ta’ nies li jmorru għal test kien qed ikun wieħed żgħir. Iżda issa s-sitwazzjoni nbidlet kompletament.

Martina Agius spjegatilna wkoll illi meta s-sitwazzjoni kienet taħt kontroll u l-każi kienu ferm inqas milli qed ikunu rraportati f’dawn il-ġranet, kienu tnaqqsu l-ħaddiema. Ħaġa li l-ħaddiema ma kinux qablu magħha minħaba l-biża’ li meta tfaqqa’ s-second wave, ma kienx se jkun hemm ħaddiema biżżejjed… kif filfatt ġara.

Martina tgħidilna li l-maġġoranza tan-nies li jmorru jagħmlu t-test ikunu anzjużi ħafna. Ma jonqosx l-appell min-naħa tagħha sabiex kulħadd jevita l-folol.