Il-ġlieda tal-Boxing bejn Mike Tyson u Roy Jones Jr li kellha ssir fit-12 ta’ Settembru ġiet ikkanċellata. Il-ġlieda bejn iż-żewġ leġġendi tal-Boxing kellha ssir f’California fuq tmien rawnds. Rapporti internazzjonali qed jgħidu li l-ġlieda issa mistennija ssir fit-28 ta’ Novembru. Din il-ġlieda kienet se tfisser ir-ritorn ta’ Mike Tyson fix-xena tal-Boxing fl-età ta’ 54 sena wara nuqqas ta’ 15 –il sena mir-ring.
//= $special ?>Posposta l-ġlieda bejn Mike Tyson u Roy Jones Jr
10 ta' Awwissu 2020