Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi waqt argument

Ritratt: Arkivji

Raġel ta’ 19-il sena residenti l-Ħamrun, sofra ġrieħi gravi waqt argument fin-Naxxar.

Ilbieraħ għall-ħabta tas-6:05pm, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn lassistenza tagħha ġewwa Triq Tul il-Kosta, n-Naxxar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq il-post irriżulta li kien seħħ argument bejn ir-raġel ta’ 19-il sena u żewġt irġiel oħra li l-identita’ tagħhom għadha mhix magħrufa. Waqt dan l-argument allegatament intuża oġġett iebes.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-aktar kura medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.