Lokali

Sewqan bl-addoċċ u ksur ta’ liġi mix-xufier tal-Ministru Għawdxi

Is-sewqan bl-addoċċ hija xi ħaġa li tista’ tgħid li hija komuni f’pajjiżna, iżda tara sewqan perikoluż minn karozza ta’ Ministru.

Is-sit Lovin Malta ippubblika filmat tal-vettura tal-Ministru tal-Agrikoltura, is-sajd u d-drittijiet tal-annimali fi Triq Għajn Tuffieħa, fejn ix-xufier tal-vettura kiser il-liġi u saq anki wrong-way.

Il-persuna li ħadet il-filmat qalet li x-xufier kien qiegħed isuq b’mod traskurat u qabeż erba’ vetturi.

F’kummenti mill-Ministeru qal li x-xufier ma ħass li kien hemm periklu meta għamel din l-azzjoni u qalu li seta’ inxtegħel l-indicator.

Huma qalu li x-xufier mhux se jerġa’ jagħmel l-istess żball.

Ikkummenta