Wara l-grupp ta’ persuni minn Ruma u ieħor minn Bari, issa grupp ieħor ta’ Taljani li kif marru lura pajjiżhom wara żjara f’Malta, ittestjaw pożittivi għall-virus.
Dan l-aħħar grupp kien jikkonsisti fi tlettax il-żagħżugħ u żagħżugħa minn Canicattini Bagni fi Sqallija li żaru lil pajjiżna fl-ewwel ġimgħa t’Awwissu, u mar ritorn tagħhom lura fil-gżira ġara tagħna, uħud minnhom bdew jirrappurtaw sintomi tal-virus, u eventwalment ittestjaw pożittivi. Hekk kif il-grupp kollu għamel it-test għall-virus, ħdax mit-tlettax irriżultaw pożittivi.
Is-sindku tar-raħal, Marilena Miceli, mat-tħabbir ta’ dawn il-każi, b’mod immedjat ħassret attività mużikali kbira li kellha ssir u ordnat l-għeluq ta’ diversi ħwienet.
Il-media Taljana intant qed tgħid fost l-oħrajn li f’pajjiżna żviluppa cluster ta’ każi minn Paceville tant li l-Gvern kellu jirrevedi r-regoli u jgħalaq dancefloors u jżid il-multi.
//= $special ?>