Internazzjonali Lokali

Aktar Taljani jirritornaw pajjiżhom bil-Covid wara btala f’Malta

Wara li jumejn ilu il-media Taljana rrappurtat li tmien żgħażagħ minn Ruma kienu rriżultaw pożittiva għall-Covid-19 kif waslu lura l-Italja minn btala f’pajjiżna, issa qed jiġu rrappurtati sitt żgħażagħ oħra, din id-darba minn Bari, li wkoll ġralhom l-istess.

Antonio Sanguedolce, id-Direttur taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bari, it-Tnejn ħabbar 11-il każ ġdid fil-belt Taljana, li sitta minnhom kienu propju dawn iż-żgħażagħ li kienu f’pajjiżna ftit tal-jiem ilu.

Dawn jingħaqdu mat-tmien żgħazagħ minn Ruma li daħlu lura l-Italja fis-7 t’Awwissu infettati bil-virus wara li qattgħu jiem ta’ vaganza f’Malta.

Intant fl-aħħar sigħat is-Slovenja ingħaqdet ma’ għadd ta’ pajjiżi oħra li qed ipoġġuna fuq il-lista l-ħamra wara li pajjiża rreġistra rekord ta’ każi fl-aħħar ġimgħat.