Futbol Sport

Ciro Immobile se jibqa’ ma’ Lazio sa tmiem il-karriera tiegħu

(Ritratt: EPA

L-aqwa skorer fis-Serie A dan l-istaġun Ciro Immobile ħabbar li se jibqa’ ma’ Lazio sa ma jtemm il-karriera tiegħu fil-futbol. Immobile qal li qed jistenna li d-diriġenti ta’ Lazio jagħmlu kuntatt miegħu biex joffrulu kuntratt ġdid. L-attakkant ta’ 30 sena qal li qed jittama li jkun jista’ jiffirma ma’ Lazio sal-2025 meta jkollu 35 sena.

Immobile li twieled f’Napli qal li hu xorta waħda bqa’ jsegwi lill-pajjiż fejn twieled u għal xi żmien kien hemm ukoll kuntatti bejnu u bejn id-diriġenti ta’ Napli, kuntatti li maż-żmien għal xi raġuni spiċċaw. It-Taljan kellu wkoll kuntatt mal-klabb Ingliż ta’ Newcastle fejn kellmu lill-aġent tiegħu fejn wara li falla t-trasferiment fit-tmexxija ta’ Newcastle twaqqfu d-diskussjonijiet.

Dan l-istaġun, Ciro Immobile temm bħala l-aqwa skorer fl-Italja b’36 gowl u temm fit-tielet post bħala l-aqwa skorer fl-Ewropa wara Cristiano Ronaldo u Robert Lewandowski.