Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: It-tobba jgħidu li ILLUM se jkollna rekord ta’ każi

MINN GĦADA...il-belt ta' Bari se tobbliga kwarantina għal dawk kollha ġejjin minn Malta

Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija żvela li llum se jkollna rekord ta’ każi ġodda ta’ Covid-19.

Dan intqal mit-tabib Martin Balzan meta illejla kien intervistat fil-programm ‘Magħkom’ mill-ġurnalist James Aaron Ellul.

Matul l-intervista Martin Balzan tkellem dwar il-mod insensittiv li bih il-Prim Ministru Robert Abela qed jitratta din il-kriżi medika. Abela qed jibqa’ jgħid li s-sitwazzjoni hi taħt kontroll, meta fir-realta’ nafu li n-numri tal-Coronavirus f’pajjiżna splodew.

Ilbieraħ fuq Net TV, Martin Balzan qal li “in-numri fl-isptar irduppjaw f’ġurnata”.

Intant, illejla r-reġjun tal-Puglia fl-Italja ħabbar li se jibda jimponi kwarantina għall-persuni kollha ġejjin minn Malta. Dan se jaffetwa b’mod partikolari l-vaganzi li hemm pjanati f’Bari u l-madwar.

Il-Gvernatur tal-Puglia Michele Emiliano stqarr li din il-kwarantina obligatorja se tkun imposta minn għada, u se tkun kwarantina ta’ 14-il jum.