Sport Sport Ieħor

Gianluca Dingli jtemm fis-seba’ post fl-ewwel tellieqa uffiċjali għal din is-sena

Is-sewwieq Malti tal-Karting Gianluca Dingli temm fis-seba’ post fl-ewwel tellieqa uffiċjali li saret din is-sena. Għal Dingli din hija is-sitt darba li qed jikkompeti Fil-Kampjonat Taljan organizzat mill-ACI Sport.

L-ewwel rawnd sar fiċ-ċirkwit ta’ Triscina fi Trapani. Hu kkompeta fil-klassi Senior X30 bil-kart numru 410. Fl-ewwel tellieqa Dingli temm fid-disa’ post biex imbagħad fit-tellieqa finali Dingli avvanza żewġ postijiet u temm fis-seba’ post. Wara l-ewwel rawnd hu jinsab fit-tmien post fil-kampjonat.

Il-ġimgħa d-dieħla, Dingli se jkun qiegħed isiefer lejn Lonato għat-taħriġ biex imbagħad fl-aħħar ta’ Awwissu jerġa jikkompeti f’Lonato fit-tielet rawnd tal-Kampjonat tar-Rok Cup. Kyle Micallef, sewwieq ieħor tal-karting Malti kien ukoll fi Triscina fejn ikkompeta fil-klassi 60 mini. Hu jinsab fis-17 –il post fil-kampjonat.