Coronavirus Futbol Sport

Il-Gvern Skoċċiż iwissi li jista’ jwaqqaf il-kampjonat tal-futbol

Il-Gvern Skoċċiż ħabbar li jista’ jkun li jissospendi b’mod tempornaju l-kampjonat tal-futbol Skoċċiż wara li plejer ta’ Cetlic kiser ir-regolamenti b’rabta mal-coronavirus.

Il-plejer ta’ Celtic Boli Bolingoli kiser ir-regolamenti imposti mill-Gvern Skoċċiż b’rabta mal-futbol fl-Iskozzja wara li l-plejer siefer lejn Spanja. Bolingoli ma għamilx il-perjodu ta’ kwarantina wara li siefer lagħab fil-partita kontra Kilmarnock.

Aktar kmieni l-ġimgħa l-oħra żewġ plejers ta’ Aberdeen kienu kkonfermati pożittivi għall-coronavirus wara li qattaw serata f’pub fl-Iskozja bil-partita tagħhom kontra St Johnstone ġiet posposta.

Fi tmiem il-ġimgħa ż-żewġ timijiet, Celtic u Aberdeen, mistennija jilagħbu kontra xulxin bil-partita mistennija tkun pospost fil-ħin li ġej.