Ir-reġjun fit-tramuntana tal-Italja, l-Emilia Romagna, qed tobbliga lil kull min qed jidħol lura minn Spanja, Greċja u Malta jagħmel swab test għall-Covid-19.
L-obbligu jidħol fis-seħħ minn għada u jrid isir fi żmien 24 siegħa mid-dħul lura fl-Italja. Jekk jirriżulta negattiv, il-persuna jkun ezentat milli jagħmel perjodu ta’ kwarantina.
Fl-aħħar jiem madwar 26 Taljan minn reġjuni differenti irriżultaw pożittivi għall-virus wara li żaru lill-pajjiżna.
Pajjiżi oħra, bħas-Slovenja u l-Latvja ukoll imponew restrizzjonijiet fuq persuni li jkun deħlin minn Malta, bir-Renju Unit fl-aħħar sigħat ukoll jindika li qed jikkonsidra jagħmel xi ħaġa simili.
//= $special ?>