Coronavirus Internazzjonali

Ir-Russja ssir l-ewwel pajjiż li żviluppa vaċċin kontra l-Coronavirus

Ir-Russja ħabbret li żviluppat l-ewwel tilqima għal kontra l-Covid-19. Dan intqal fi stqarrija uffiċjali li saret mill-President Vladimir Putin, bl-awtoritajiet Russi jgħidu li l-vaċċin “kien effettiv ħafna, u sigur”.

Putin qed jgħid li l-vaċċin għadda mit-testijiet kollha rikjesti mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali.

Dan ifisser li l-vaċċin tar-Russi huwa l-ewwel wieħed li qed jintuża, b’diversi pajjiżi għadhom għaddejin bit-testijiet biex jiżviluppaw tilqima huma wkoll.

Intant, jidher li waħda mit-tfal ta’ Putin diġa’ ingħatat din it-tilqima u tinsab tajba. Minkejja li għall-ewwel telgħalha d-deni.