Coronavirus Internazzjonali Saħħa

It-Taljani jikkunsidraw li jsiru testijiet għal min jiġi minn Malta

Wara li fl-aħħar ġimgħa l-pandemija tal-Covid-19 qed terġa’ tifrex rasha b’mod prepotenti – l-Italja qed tikkunsidra serjament li twettaq testijiet fuq minn jivvjaġa minn Malta u l-Kroazja – b’kontrolli fil-porti, ajruporti u fruntieri.

Hekk qed jiġi rrapportat mill-ġurnal Corriere Della Sera fejn ġie spjegat li dan diġà twettaq għal kull minn qed jirritorna mill-Greċja jew Spanja – dan minħabba l-fatt li l-ammont ta’ ċittadini infettati li qed jiġu lura l-Italja partikolarment minn Malta, Spanja u l-Greċja…qed jiżdiedu.

Il-Ministru għas-Saħħa Taljan spjega li l-età medja ta’ persuni infettati qed tonqos għal taħt l-40 sena u għaldaqstant appella xorta waħda għal attenzjoni massima sabiex jieħdu ħsieb lill-vulnerabbli.

Dan filwaqt li ġie ordnat sabiex mill-1 ta’ Settembru, fl-Italja kollha, il-kindergartens u child care centres jiġu mgħammra bi scanners.