Sport Sport Ieħor

Johanna Konta ssofri minn problemi f’qalbha f’Lexington

(Ritratt: EPA)

Johanna Konta sofriet minn problemi f’qalbha waqt il-partita tagħha kontra Marie Bouzkova fl-Open tat-Top Seed li qed isir f’Lexington. Konta kellha bżonn attenzjoni medika ftit ħin wara li bdiet il-partita fejn ħasset qalbha tgħaġġel.

Is-seed numru 15 fid-dinja qalet li din mhix l-ewwel darba li ġratilha xi ħaġa simili u kienet iddikjarata fiżikament tajba biex tikkompeti. Hi qalet li ma tafx x’qiegħed jikkawżalha dawn il-problemi. Dan kien l-ewwel avveniment tat-tennis WTA fl-Istati Uniti minn meta bdiet il-pandemija tal-coronavirus.