Lokali

Karkariż jindarab gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

Ritratt: Arkivji

Raġel minn Birkirkara kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ madwar sular għoli fuq il-lant tax-xogħol.

Il-każ seħħ ftit wara s-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Tabib J. Zammit f’Ħal Balzan meta għal xi raġuni mhux magħrufa r-raġel ta’ 51 sena waqa’ minn għoli waqt li kienu qed isiru xi xogħolijiet.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.