Lokali

L-esperti li se jmexxu l-proċess ta’ due diligence

Il-Kummissjoni Kandidati fi hdan il-PN habbret il-panel ta’ esperti li se jkun qed imexxi l-process ta’ due diligence fuq Adrian Delia u Bernard Grech – iz-zewg persuni li prezentaw l-interess taghhom ghall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN.

Dan il-panel indipendenti ta’ esperti esterni u kompeteneti f’oqsma varji…hu maghmul minn Antonio Ghirlando bhala chairperson, in-nutar Clyde La Rosa u l-awditur Mario P. Galea.

Il-Kummissjoni Kandidati, immexxija minn Colin Bowman, hi marbuta b’perjodu massimu ta’ sitt ġimgħat biex tlesti x-xogħol kollu tagħha …u tgħaddi r-rapporti lill-Kunsill Amministrattiv u lill-Kumissjoni Elettorali.

Dwar dan, ikkummenta l-istess Colin Bowman f’intervista li kellu t-Tnejn fuq Net TV.

Waqt il-programm Maghkom, prezentat mill-avukat Roberta Bonello, gie intervistat ukoll ic-chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech…illi kien mistoqsi ukoll dwar it-tielet isem li kien esprima interess ghat-tmexxija tal-PN, li izda gie rifjutat mill-Kummissjoni ghaliex irrizulta li ma kienx tesserat.