Ewropa Internazzjonali

Lejl ieħor ta’ protesti vjolenti fil-Belarus

It-toroq u l-pjazez ewlenin tal-kapitali Minsk kienu maħnuqa b’nies jipprotestaw għat-tieni lejl konsekuttiv wara r-rebħa elettorali tal-President tal-Belarus Alexander Lukashenko.

Id-dimostranti qed jallegaw li r-riżultat elettorali tal-Ħadd kien imbgħabas. Fil-fatt, l-esponent ewlenija tal-Oppożizzjoni, Svetlana Tikhanovskaya, mhix taċċetta r-rebħa ta’ Lukashenko.

Stazzjon ibbażat fil-Polonja xandar filmati ta’ Pulizija jattakkaw lid-dimostranti. L-istess Pulizija sparaw gass tad-dmugħ u balal tal-lastiku biex iferrxu l-folol.

L-awtoritajiet tal-Belarus ikkonfermaw l-ewwel vittma minn dawn l-irvellijiet; raġel li tilef ħajtu wara li splussiv ħa f’idejh.